Ghal diversi snin, grupp ta’ nies volontarji kienu jiehdu hsieb sabiex ta’ kull sena jorganizzaw diversi attivitajiet relatati mad-drama, gewwa s-Sede Azzjoni Kattolika, l-Isla. Fis-sena 2006, wara li gie mtella’ id-dramm ‘Il-Passjoni’ b’kitba ta’ Mons. G. Darmanin, sfortunatament kien hemm waqfien ta’ sentejn mill-attivitajiet tal-palk, gewwa l-istess Sede Azzjoni Kattolika ta’ l-Isla. Minkejja dan il-waqfien minn dawn l-attivitajiet ta’ drama, l-imhabba lejn il-palk ta’ dan il-grupp ta’ nies, qatt ma ntemmet.
Ghalhekk fis-sena 2008, xi whud minn dawn l-istess nies regghu bdew jiehdu hsieb sabiex jigi ffurmat grupp biex b’hekk bil-kollaborazzjoni ta’ l-istess Sede Azzjoni Kattolika ta’ l-Isla, jergghu jibdew jigu organizzati attivitajiet ta’ drama. Senglea Drama Group, jaf il-bidu tieghu f’Settembru tas-sena 2008. L-ghan ewlieni ta’ dan il-grupp huwa sabiex jorganizza attivitajiet relatati
mad-drama, bil-kollaborazzjoni tas-Sede Azzjoni Kattolika ta’ l-Isla.
Matul is-sena, Senglea Drama Group ser jiehu hsieb sabiex jorganizza diversi attivitajiet. L-attivita’ ewlenija ta’ dan il-grupp, ser ikun dramm fuq il-hajja, il-mewt u l-qawmien ta’ Sidna Gesu’ Kristu, ghal zmien il-Gimgha Mqaddsa. Permezz ta’ dan id-dramm, il-grupp bil-kollaborazzjoni tas-Sede Azzjoni Kattolika ta’ l-Isla, ser jiehu hsieb sabiex mill-gdid ifakkarna fuq din il-grajja tant ghaziza ghar-religjon taghna. Fl-istess hin permezz ta’ dan id-dramm inwasslu messagg religjuz lill-udjenza taghna.
Senglea Drama Group, ghandha ghan ewlieni li tghaqqad taht saqaf wiehed, nies ta’ kull eta’ sabiex permezz tad-drama, issir hidma ta’ volontarjat gewwa s-Sede Azzjoni Kattolika ta’ l-Isla u fl-istess hin dawn l-istess nies jiehdu gost jaqsmu l-esperjenzi taghhom fid-drama.