Home Min Ahna Tim Ahbarijiet Attivitajiet Multimedia Downloads Guest Book Links Kuntatt

 

Gunju 2010

6 ta' Gunju 2010

Senglea Drama Group hadet sehem b'success fil-Festival Marittimu Senglea illi ttella' nhar is-Sibt 5 u l-Hadd 6 ta' Gunju 2010, gewwa l-Isla. F'dan il-festival, Senglea Drama Group, hadet hsieb sabiex taghmel re-enactments fi zmien il-kolonja Ingliza. Dan il-grupp ghamel rapprezentazzjonijiet tal-Victory Kitchen, kif ukoll il-hajja ta' dak iz-zmien gewwa x-xatt ta' l-Isla. Senglea Drama Group tixtieq tirringrazzja lil kull min ha s-sehem tieghu, fir-rapprezentazzjonijiet illi l-istess grupp ghamel fil-Festival Marittimu Senglea. Grazzi wkoll lill-organizzaturi ta' dan il-festival, tal-fiducja u l-opportunita' illi urew f'dan il-grupp. Ritratti ta' dawn ir-rapprezentazzjonijiet illi saru minn Senglea Drama Group, issa qeghdin online fis-sezzjoni Multimedia u tistghu tarawhom billi tikklikjaw hawnhekk.

5 ta' Gunju 2010

Senglea Drama Group ser tkun qed taghti s-sehem taghha fil-Festival Marittimu Senglea, li ser jittella' nhar is-Sibt 5 u l-Hadd 6 ta' Gunju 2010, gewwa l-lokalita' ta' l-Isla. Dan il-grupp, ser ikun qed jiehu hsieb sabiex jorganizza re-enactments fi zmien il-kolonja Ingliza. Fost dawn ir-rapprezentazzjonijiet, ser ikun hemm ukoll il-Victory Kitchen, kif ukoll il-hajja ta' dak iz-zmien, gewwa x-xatt ta' l-Isla. Ghalhekk inheggukom sabiex tattendu ghal dan il-festival u tiehdu pjacir taraw l-attivitajiet u l-esebizzjonijiet kollha illi ser ikun hemm. Ghal aktar informazzjoni fuq din l-attivita', wiehed jista' jnizzel kopja tal-programm ta' din l-attivita' billi tikklikja hawnhekk.

 

Mejju 2010

2 ta' Mejju 2010

Is-sezzjoni 'Downloads' ta' dan is-sit elettroniku issa giet aggornata u wiehed jista' jsib il-ktejjeb tad-dramm tal-Gimgha l-Kbira, bl-isem B'Tifkira Tieghi li ttella' minn Senglea Drama Group, nhar is-Sibt 13 u l-Hadd 14 ta' Marzu 2010, gewwa s-Sede Azzjoni Kattolika, l-Isla.

April 2010

25 ta' April 2010

Senglea Drama Group, hadet sehem fil-Puttinu Cares Football Marathon. Bl-ghajnuna tal-membri taghha u nies volontarji ohra, il-plejers illi hadu sehem f'din il-maratona flimkien mal-membri l-ohra ta' dan il-grupp, Senglea Drama Group ipprezentat is-somma ta' € 335. Grazzi lil dawk kollha illi b'xi mod taw il-kontribut taghhom ghal din il-kawza gusta.

Is-sezzjoni 'Multimedia'  ta' dan is-sit elettroniku issa giet aggornata u wiehed jista' jsib ritratti illi ttiehdu waqt din il-maratona.

14 ta' April 2010

Is-sezzjoni 'Multimedia', issa giet aggornata. Fiha wiehed jista' jsib ritratti tad-dramm 'B'Tifkira Tieghi', illi ttella' b'success minn Senglea Drama Group, nhar is-Sibt 13 u l-Hadd 14 ta' Marzu 2010. Videos relatati ma dan id-dramm u ma attivitajiet ohra, ser ikunu online fil-granet li gejjin.

3 ta' April 2010

Senglea Drama Group ser tkun qed tiehu sehem fil-Festival Maritimmu, li ser jigi organizzat gewwa l-Isla, nhar is-Sibt 5 u l-Hadd 6 ta' Gunju 2010. Aktar informazzjoni fuq dan il-festival kif ukoll rigward il-partecipazzjoni ta' dan il-grupp f'din l-attivita' ser tinghata fil-granet li gejjin.

1 ta' April 2010

Senglea Drama Group ser tiehu sehem fil-maratona tal-futbol 'Puttinu Cares - Football Marathon' illi ser tigi organizzata bejn il-Gimgha 23 u l-Hadd 25 ta' April 2010, fil-Marsa Sports Complex. Kull min jixtieq illi jaghti xi donazzjoni huwa mheggeg sabiex javvicina xi membru ta' t-tim amministrattiv. Kull donazzjoni, hija apprezzata. Aktar informazzjoni ser tinghata fil-granet li gejjin.

Marzu 2010

15 ta' Marzu 2010

Senglea Drama Group tellghet b'success id-dramm fuq il-passjoni ta' Sidna Gesu' Kristu bl-isem 'B'Tifkira Tieghi'. It-tim amministrattiv ta' Senglea Drama Group, jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha illi taw s-sehem taghhom f'dan id-dramm. Grazzi wkoll lill-isponsors kif ukoll lill-udjenza illi giet tara' dan id-dramm. Informazzjoni, ritratti u videos ta' dan id-dramm, ser ikunu ippublikati fuq dan is-sit, fil-granet li gejjin.


Home | Min Ahna | Tim | Ahbarijiet | Attivitajiet | Multimedia | Downloads | Guest Book | Links | Kuntatt

Web Design by Adrian Falzon